Jinsterqu €500 f’hold-up f’Ħal Balzan

Ħalliel seraq €500 f'hold-up li seħħ illejla f'ħanut tal-annimali f'Ħal Balzan. 
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-6.30pm f'Wied Ħal-Balzan.
Persuna mhux magħrufa daħlet fil-ħanut u talbet il-flus lis-salesperson.
Il-ħalliel li kien mgħammad u armat b'arma li taqta' ħarab minn fuq 'il post wara li seraq il-flus.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.