Jinsterqu aktar siġar: Ħaż-Żebbuġ, l-Imrieħel u Tal-Pietà

Fl-aħħar jiem, bosta siġar ġew “misruqa” minn għadd ta’ nħawi madwar Malta fosthom Ħaż-Żebbuġ, l-Imrieħel u Tal-Pietà.

Minn ritratti li ntbagħtu lil Newsbook.com.mt jidher li s-siġra tar-roundabout ta’ Ħaż-Żebbuġ ħadet żabra liema bħala hekk kif l-intenzjoni tidher li r-roundabut mistennija tiċkien.

Fl-Imrieħel, jidher li sar “massakru ieħor” ta’ siġar li skont il-paġna tan-Netwerk tas-Soċjetà Ċivili jidher li kienu fil-bypass tal-Marsa fid-direzzjoni għall-Imrieħel.

Another day, another tree massacre on what looks like Marsa bypass to Mriehel area. Send us photos of destroyed trees on…

Posted by Civil Society Network on Tuesday, July 10, 2018

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia dalgħodu xerred ukoll ritratt ta’ aktar siġar li qed jinqatgħu f’Tal-Pietà. Hu sostna li s-siġar jgħinu lill-bnedmin sabiex jgħixu u jkollhom arja nadifa filwaqt li jsebbħu l-ambjent u t-toroq.

Sostna li hemm bżonn immaniġġjar aħjar tal-iżvilupp fit-toroq, kif ukoll sistema aħjar ta’ kif jinżabru s-siġar sabiex ma ssirilhomx ħsara rriparabbli.

Proper roadside tree management practices improves society's quality of life across many fronts. They are the back…

Posted by Adrian Delia on Tuesday, July 10, 2018

Fi stqarrija, il-Partit Demokratiku kkritika lil Adrian Delia ta’ din il-kritika, għaliex qal li biex tqaċċtu dawn is-siġra fil-Pietà, kellhom jiġu approvati mill-Kunsill Lokali tal-Partit Nazzjonalista.