Jinsterqu 2 fjamingi mill-Għadira

BirdLife Malta

Read in English.

BirdLife Malta ħabbret li fil-lejl ta’ bejn it-12 u t-13 t’Ottubru, persuna jew tnejn daħlu fir-Riżerva Naturali tal-Għadira u serqu żewġ fjamingi.

Jidher li dawn daħlu minn naħa abbandunata u użaw pjanċi tal-injam biex jaqbżu minn fuq il-grada.

Il-BirdLife qalet li ż-żewġ fjamingi kienu tnejn mit-tlieta li kienu għadhom kemm reġgħu nħelsu fir-riżerva. Il-pulizija qegħdin jinvestigaw il-każ, billi BirdLife qed tikkunsidra wkoll li dawn il-fjamingi jaf inqatlu.

🇬🇧 BirdLife Malta is sad to announce that during the night between 12th and 13th October a person or two entered Għadira…

Posted by BirdLife Malta on Wednesday, October 14, 2020