Jinsteraq ħanut ir-Rabat

Raġel mgħammad seraq ħanut ir-Rabat dalgħodu.
Il-Pulizija qalet fi stqarrija li s-serqa seħħet fi Triq il-Kulleġġ għall-ħabta tas-2.30pm, u fil-ħin tas-serqa fil-ħanut kien hemm il-kaxxiera, żagħżugħa ta’ 19-il sena.
Ir-raġel ħarab minn fuq il-post b’ammont ta’ flus kontanti li talabhom lill-kaxxiera.
Il-Pulizija qed tinvestiga.