Jinstabu srieken misruqin minn Franza f’rejd fil-Marsa

Read in English.

Raġel ġie arrestat wara li nstabu għadd ta’ srieken misruqin minn Franza f’rejd li sar fil-Marsa.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li Malti ġie arrestat b’rabta mas-serqa li saret xi snin ilu. Is-srieken jiswew l-eluf ta’ ewro.

Wara ġimgħat ta’ investigazzjoni, il-Pulizija ta’ Malta identifikat li wħud mis-srieken setgħu kienu fil-Marsa. Sar rejd li fih instabu għadd ta’ srieken li allegatament insterqu minn Franza.

Din kienet ħidma konġunta bejn il-Pulizija Maltija u l-Pulizija tan-Normandija permezz ta’ Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea.