Jinstabu l-katavri tal-irġiel Ewropej mitlufa fil-Pakistan

Reuters

Instabu l-iġsma ta’ Taljan u Ingliż li kienu tilgħin fuq muntanja fil-Pakistan, msejħa “Killer Mountain”.

Daniele Nardi u Tom Ballard kienu qed jippruvaw jitilgħu din il-muntanja ta’ 8,126 metri fil-Himalayas. Muntanja li hija kkunsidrata bħala l-itqal muntanja li teżisti biex tixxabbat.

Fuq Twitter, l-Ambaxxatur Taljan ġewwa l-Pakistan ħabbar li t-tiftixa għal dawn iż-żewġ l-individwi spiċċat, minħabba li l-iġsma tagħhom instabu mit-tim li kienu qed jagħmlu t-tfittxijja.

L-aħħar darba li semgħu b’dawn iż-żewġ persuni kien fl-24 ta’ Frar meta Nardi, ċempel lil martu. Ballard huwa filfatt iben l-ewwel mara li xxabtet mal-Muntanja Everst mingħajr għajnuna.