Aġġornata: Ħadd ma jsalva fil-kraxx tal-Air Algerie

Ħadd ma jsalva fil-kraxx tal-Air Algerie fil-Mali.
Il-President Franċiż Francois Hollande qal li d-dettalji mill-kaxxa s-sewda nġabru wara li truppi Franċiżi kellhom aċċess għas-sit tal-inċident.
Aktar kmieni:
Rapporti uffiċċjali qed jgħidu li l-fdalijiet tal-ajruplan ta’ Air Algerie nstabu fil-Mali. Abbord kien hemm 116-il persuna u l-ajruplan kien qed itir minn Burikina Faso għall-kapitali tal-Alġerija.
Il-President Franċiż saħaq li hemm it-truppi fi triqithom lejn il-post fejn waqa’ l-ajruplan, madwar 50 kilometru mill-fruntieta ta’ Burikina Faso.
It-torri tal-kontroll tilef il-kuntatt ma’ dan l-ajruplan kmieni lbieraħ wara li l-bdot kien irraporta li kien hemm maltemp qawwi.
Fost il-passiġġieri abbord l-ajruplan kien hemm 51 Franċiż.  
Il-President Franċiż Francois Hollande esprima s-solidarjeta’ mal-qraba tal-persuni li kienu abbord.