Jinstabu ġibjuni mis-seklu 16 b’xogħol ta’ kostruzzjoni f’Bormla

Roderick Galdes / Facebook

Read in English.

Waqt xogħol li kien qed isir f’sit ta’ kostruzzjoni tal-appartamenti tal-akkomodazzjoni soċjali f’Bormla, instabu żewġ ġibjuni mħaffrin fil-blat mill-1534.

Dan ħabbru l-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali fi stqarrija, li speċifika li s-sejba saret maġenb is-sit. Peress li nstabu maġenb is-sit u mhux ġo fih, ix-xogħlijiet għandhom ikomplu.

Minħabba li dawn il-fdalijiet huma ta’ importanza storika, ġiet notifikata s-Sovratendenza tal-Patrimonju Kulturali. Il-Ministeru qed jikkordina mas-Sovratendenza sabiex il-ġibjuni jiġu preservati, ma ssirilhomx ħsara u jkunu inkorporati mal-proġett innifsu.