Jinstabu armi u munizzjon f’vann li wasal minn Sqallija

Uffiċjali tad-Dwana kkonfiskaw numru ta’ armi tan-nar u munizzjoni abbord wara tfittxija li għamlu fuq vettura li kienet għadha kemm waslet Malta, minn Sqallija abbord il-katamaran. 

Waqt li kienu għaddejjin bit-tfittxijiet tagħhom fuq uħud mill-vetturi li kienu għadhom kemm waslu f’ Malta, l-uffiċċjali tad-Dwana waqqfu van biex jagħmlu l-verifiki u l-kontrolli tagħhom. 

Appena bdiet it-tfittxija x-xufier tal-vann informa lid-Dwana li kien fil-pussess ta’ dawn l-armi u munizzjon, liema armi ġew konfiskati u mgħoddija lill-pulizija li minn naħa tagħha qed tagħmel l-investigazzjonijiet tagħha.