Jinstabu 69 każ ġdid ta’ COVID-19

Aġġornat 12:55 PM

Read in English.

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 69 każ ġdid ta’ COVID-19 f’Malta filwaqt li fiequ 10 persuni oħra.

Sadanittant tħabbar li żewġ persuni jinsabu l-ITU. Hekk kif il-ġimgħa l-oħra kien hemm tlett persuni fl-iTU minħabba l-COVID-19, jidher li persuna waħda qalbet għall-aħjar.

It-total ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ 607.

Il-Prof.Gauci qalet li lbieraħ saru total ta’ 2,269 swab test.

Mill-każijiet li nstabu lbieraħ hemm:

  • 17-il każ ta’ membri ta’ familji ta’ każijiet attivi
  • 12-il każ li ġew f’kuntatt dirett ma’ każijiet attivi
  • 7 każijiet ta’ kollegi li ġew f’kuntatt ma’ każijiet attivi f’postijiet tax-xogħol differenti
  • 5 każijiet mill-cluster tal-Isptar Monte Carmeli
  • 2 każijiet mill-cluster ta’ Paceville
  • 2 każijiet relatati mal-futbol u waterpolo

Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet dalgħodu li waqtha tħabbar set ġdid ta’ miżuri bil-għan li jonqos it-tixtrid tal-COVID-10 f’Malta.

OFFICIAL COVID-19 figures for 17•08•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Posted by saħħa on Monday, August 17, 2020