Jinstabu 35,000 flixkun xorb li fuqhom ma tħallsitx taxxa

Mal-35,000 flixkun ta’ xorb alkoħoliku li fuqhom ma tħallsitx taxxa, instabu f’maħżen fi Blata l-Bajda.
Tfittxija minn uffiċjali tad-Dwana mis-Sezzjoni tal-Infurzar wasslet għal din is-sejba ta’ 2,634 flixkun liqueur, 2,280 flixkun vermouth, 2,616 flixkun vodka, 552 flixkun whiskey u 26,661 flixkun inbid. 
Minbarra x-xorb alkoħoliku, instabu wkoll għadd ta’ fliexken oħra fosthom energy drinks, ice-tea u ilma li fuqhom għad qed isiru investigazzjonijiet dwar jekk tħallsitx it-taxxa jew le.
Il-Pulizija mis-sezzjoni tar-Reati Ekonomiċi kienu nformati bil-każ u marru fuq il-post. Investigazzjonijiet konġunti bejn id-Dwana u l-Pulizija għadhom għaddejjijn.
Intant f’ħidma oħra mill-uffiċjali tad-Dwana, inqabdu wkoll 321 hamper billi fihom kien hemm xi xorb alkoħoliku li fuqu ma kinetx tħallset it-taxxa tas-sisa.