Jinsabu maqfula 31 persuna f’kontejner fl-Ingilterra

F’Essex fl-Ingilterra, instabu aktar minn 30 persuna maqfula f’kontejner tal-merkanzija f’Tilbury Docks.
Raġel miet mal-wasla tal-kontejner fl-Ingilterra, filwaqt li żewġ persuni ttieħdu l-isptar u n-nies l-oħra ngħataw l-għajnuna u l-kura meħtieġa.
Meta l-kontejner li wasal mill-Belġju, kien qed jitqiegħed fuq l-art, il-ħaddiema ndunaw li kien hemm in-nies fih.
Fost in-nies fil-kontejner kien hemm kemm adulti rġiel u nisa’ kif ukoll seba’ itfal.
Filwaqt li għadu mhux magħruf minn fejn ġew il-persuni, huwa maħsub li huma immigranti irregolari.