Jinstabu 31 każ; Ifiqu 54

Fl-aħħar 24 siegħa fiqu 54 pazjent, filwaqt li nstabu 31 każ attiv ta’ COVID-19 f’Malta. Bħalissa hawn total ta’ 505 każ attiv.

F’infografika li ppubblikaw l-awtoritajiet tas-saħħa fuq Facebook ġie rappurtat li lbieraħ saru total ta’ 2,135 swab test.

44 mill-54 pazjenti li fiqu huma immgranti.

Il-clusters tal-każijiet li nstabu bejn is-7 u 14 t’Awissu 2020

Prof. Gauci ħabbret li fost il-każijiet tal-lum instabu:

  • F’Mater Dei hemm 5 każijiet li huma stabbli, pero hemm anzjan li jinsab f’kundizzjoni mhux stabbli.
  • 3 persuni jinsab fl-ITU – mara ta’ 71 sena, raġel ta’ 63 sena li jinsab fuq il-ventilator li għandu kundizzjonijiet mediċi oħrajn u mara oħra ta’ 53 sena.
  • 16-il każ fl-Isptar Boffa
  • 8 każi fl-Isptar Monte Carmeli

Dwar is-sitwazzjoni tal-iskejjel Prof. Gauci qalet li Malta bħalissa qed tosserva l-mudelli u s-sitwazzjoni ta’ pajjiżi oħra biex tanalizza s-sitwazzjoni. Hija qalet li skont riċerka limitata li hawn s’issa jidher li t-tixrid fost it-tfal mhux wieħed kbir.

Tista’ tara l-aġġornament dettaljat ta’ Prof. Charmaine Gauci minn hawnhekk.

OFFICIAL COVID-19 figures for 14•08•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Posted by saħħa on Friday, August 14, 2020