Jinstabu 21 każ ġdid ta’ COVID-19; Ifiqu 87

Read in English.

L-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li matul il-jum tal-bieraħ instabu 21 każ ġdid ta’ COVID-19 f’Malta, filwaqt li fiqu 87 persuna oħra.

Dan ifisser li l-ammont ta’ każi attivi f’Malta niżel għal 471.

Fost il-każijiet li nstabu lbieraħ, mill-2,040 swab test li saru, kien hemm:

  • 2 każijiet ta’ membri ta’ familji li diġa kienu nstabu pożittivi.
  • 2 każijiet li ġew f’kuntatt dirett ma’ persuna li tinsab marida bil-COVID-19.
  • 4 każijiet ta’ kollegi li jaħdmu ma’ persuni li nstabu pożittivi.
  • 4 każijiet li kienu f’kuntatt ma’ persuni li kienu morda bil-COVID-19 meta attendew avvenimenti soċjali.

OFFICIAL COVID-19 figures for 31•08•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Posted by saħħa on Monday, August 31, 2020

S’issa f’Malta kien hawn total ta 1,883 każ, filwaqt li 12-il persuna mietu kawża tal-coronavirus.