Aġġornata: 3 arrestati wara sejba ta’ 200kg droga kannabis

Pulizija ta' Malta

Tliet persuni ġew arrestati wara li saret sejba ta’ madwar 200 kilogramma droga .

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li lbieraħ filgħaxija t-tliet persuni nstabu fil-pussess ta’ madwar 100 kilogramma sustanza suspettata raża tal-kannabis u 100 kilogramma sustanza suspettata ħaxixa tal-kannabis. Dawn kienu moħbija f’konsenja frott li kienu ġo żewġ vannijiet separati.

It-tliet persuni huma raġel ta’ 28 sena minn San Ġwann, u żewġ Sqallin ta’ 30 u 31 sena.

Skont il-Pulizija, mhux eskluż li s-suspettati jitressqu l-Qorti għada akkużati bl-assoċjazzjoni fl-importazzjoni u fit-traffika tal-istess droga mhux għall-użu esklussiv tagħhom.