Jinstabu 12-il katavru qrib Lampedusa

L-Awtoritajiet Taljani rnexxielhom isibu l-fdalijiet tad-dgħajsa li għerqet ‘il barra mill-kosta Libjana bejn il-lejl tas-6 u 7 t’Ottubru u li ħalliet numru ta’ immigranti mejta qrib Lampedusa.

Il-Guardia Costiera Taljana qalet li d-dgħajsa ġiet lokalizzata qrib Lampedusa flimkien mal-igsma ta’ 12 -il persuna.

Madanakollu, in-numru eżatt ta’ vittma jista’ jkun aċċertat biss meta l-bugħadassa jispezzjonaw qiegħ il-baħar.