Jinstabu 100 każ ieħor ta’ coronavirus

people-wearing-masks-valletta-2
Miguela Xuereb

Read in English.

Malta għandha 100 każ ġdid tal-coronavirus, li rriżultaw minn total ta’ 3,698 swab test li saru. Fiequ wkoll 165 persuna, biex issa t-total ta’ każijiet attivi huwa ta’ 1,825 każ.

Mis-76 każ tal-bieraħ, il-Ministeru għas-Saħħa qal li 20 każ instab fost persuni li ħadu l-virus minn mebri tal-familja, 25 każ minn persuni fuq il-post tax-xogħol u 10 kuntatti diretti ma’ persuni pożittivi bil-virus. 21 każ kienu sporadiċi.

Dalgħodu tħabbret il-mewt ta’ anzjana li mietet tard ilbieraħ filgħaxija.