Jinstab żball f’sentenza ta’ ħabs li laqqat qattiel

Read in English.

Il-Qorti tal-Appell sabet li kien hemm żball f’sentenza li nqatgħet kontra qattiel dwar ġlieda li ġrat fil-ħabs.

David Norbert Schembri kien instab ħati li qatel lill-eks-sieħba tiegħu fl-2010. Hu kien ta 49 daqqa ta’ sikkina. Fl-2015 instab ħati li waqt li kien fil-ħabs qata’ għajn ħabsi ieħor b’xafra. Għall-qtil laqqat sentenza ta’ għomor il-ħabs. Għall-ġlieda fil-ħabs laqqat sentenza ta’ seba’ snin ħabs.

Schembri appella mis-sentenza li nqatgħet kontrih minħabba l-ġlieda f’Kordin. Dan għaliex il-Qorti tal-Maġistrati kienet żiedet akkuża kontrih li ma kinitx elenkata mill-Avukat Ġenerali. Din wasslet biex laqqat sentenza itwal peress li r-reat twettaq minn priġunier.

L-Imħallef Consuelo Scerri Herrera qalet li l-Maġistrati għandhom jaqtgħu sentenza fuq ir-reati li jkunu tniżżlu mill-Avukat Ġenerali u xejn aktar. Il-Qorti tal-Appell bagħtet is-sentenza lura lejn il-Qorti tal-Maġistrati biex l-iżball jitranġa.