Jinstab wara 13-il sena żarbun li ntlibes f’The Wizard of Oz

żarbun FBI Wizard of OZ
FBI/Handout via REUTERS

13-il sena wara li nsteraq, instab il-par żarbun tar-rubini li jiswa l-miljuni u li kien deher fil-film The Wizard of Oz.

Iż-żarbun kien insteraq mill-Mużew Judy Garland u issa nstab mill-FBI f’Minneapolis fl-Istati Uniti.  Skont Reuters, l-FBI qalu li kienu qed jitolbu l-għajnuna tal-pubbliku biex jidentifikaw is-suspettati marbuta mas-serqa oriġinali.

Iż-żarbun ta’ lewn ħamrani huwa wieħed mill-erba’ pari żraben li libset July Garland, fil-karattru ta’ Dorothy fil-film klassiku tal-1939. Insteraq propjament fil-lejl ta’ bejn is-27 u t-28 ta’ Awwissu tal-2005, f’serqa li damet inqas minn minuta. Għaxar snin wara, dilettant tal-film offra premju ta’ $1 miljun għal min jirritornah.