Jinstab varjant tal-coronavirus fl-Ingilterra

Coronavirus, COVID-19, Community response, Health workers, PPEs, medical supplies, Lebanon
WHO

Read in English.

Is-Segretarju għas-Saħħa fl-Ingilterra Matt Hancock qal li nstabu aktar minn 1,000 każ tal-varjant il-ġdid tal-coronavirus fir-Renju Unit.

Ilbieraħ, Hancock informa lill-Kamra tad-Deputati li l-varjant il-ġdid tal-Covid-19 instab l-aktar fin-Nofsinhar tal-Ingilterra, u qed jinfirex malajr. Instab l-ewwel darba l-ġimgħa li għaddiet f’Kent minn uffiċjali tas-saħħa pubblika. Il-Ministri mbagħad ġew infurmati nhar il-Ġimgħa.

Hancock qal li għalissa m’hemm l-ebda evidenza li dan il-varjant il-ġdid mhux se jirrispondi għall-vaċċini kontra l-Covid-19.

L-awtoritajiet Ingliżi infurmaw lill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) u l-varjant qed jiġi studjat.