Vann misruq jinstab minn pulizija off duty

Intervent immedjat ta’ pulizija off duty wassal biex vann li nsteraq f’Ħal Tarxien għall-ħabta tas-6am jinstab siegħa u għoxrin minuta wara fiż-Żejtun.
Dan seħħ wara li l-pulizija nnota persuni jaġixxu b’mod suspettuż fi Triq il-Ħerba fiż-Żejtun u sejjaħ għal membri tar-Rapid Intervention Unit li marru minnufih fuq il-post u arrestaw lis-suspettati, raġel ta’ 40 sena minn Birkirkara u mara ta’ 33 sena mill-Fgura, hekk kif pruvaw isuqu l-vann misruq.