Jinstab vaċċin li jista’ jipprevjeni lil 90% tan-nies mill-Covid-19

Pexels

Read in English.

Instab l-ewwel vaċċin li jista’ jipprevjeni lil aktar minn 90% tan-nies milli jaqbadhom il-Covid-19.

Il-midja barranija qed tirrapporta li dan irriżulta minn analiżi preliminari.

Il-kumpaniji wara l-vaċċin, Pfizer u BioNTech, iddeskrivew din il-ġurnata bħala ġurnata tajba għax-xjenza u għall-umanità.

Il-vaċċin ġie ttestjat fuq 43,500 persuna f’sitt pajjiżi differenti u ma kien hemm l-ebda tħassib fuq is-sigurtà ta’ dawn il-persuni.

Il-BBC jirrapporta li l-kumpaniji qed jippjanaw li japplikaw għal approvazzjoni ta’ emerġenza biex jużaw il-vaċċin sa tmiem ix-xahar.