Jinstab tifel mejjet ġo ajruplan fi Franza

Katavru ta’ tifel ta’ madwar 10 snin instab ġol-parti ta’ taħt ta’ ajruplan li wasal Pariġi minn Abidjan fil-Kosta tal-Avorju.

Air France kkonfermat li kien hemm din is-sejba fl-ajruport Charles de Gaulle fis-6.40am illum. Jidher li t-tifel huwa Afrikan.

Infetħet investigazzjoni fuq il-każ.

Il-linja tal-ajru esprimiet il-kondoljanzi tagħha u kkundannat din it-traġedja.