Jinstab Russett Aħmar ferut f’Tas-Sliema

BirdLife Malta llum ġabret Russett Aħmar li nstab ferut b’tir fuq bejt ta’ blokka appartamenti f’Tas-Sliema. L-għasfur kien ferut tant li ma setax itir.

F’post fuq Facebook l-għaqda spjegat li l-għasfur li kellu ġrieħi viżibbli ttieħed għand veterinarju tal-Gvern li kkonferma li l-għasfur kien ferut minħabba tiri. Sostnew li dan huwa s-16-il każ li jinsabu mgħarrfa bih fejn persuni sparaw fuq għasafar protetti mill-ftuħ tal-istaġun tal-kaċċa fil-Ħarifa li beda fl-1 ta’ Settembru u li se jibqa’ miftuħ sal-aħħar ta’ Jannar tal-2019.

Earlier today we received a call informing us that an injured bird was noticed on the roof of an apartment block in…

Posted by BirdLife Malta on Tuesday, September 18, 2018

Propju ftit jiem qabel ma fetaħ l-istaġun tal-kaċċa fir-Rebbiegħa, BirdLife Malta talbet lill-Gvern sabiex il-ftuħ tal-istaġun tal-kaċċa jimxi għall-15 ta’ Ottubru minflok fl-ewwel ta’ Settembru. Madanakollu din l-għajta waqgħet fuq widnejn torox.