Aġġornata (2): Jinstab marbut u mitluf minn sensih wara serqa f’Tas-Sliema

Google Maps

Read in English.

Kmieni dalgħodu nstab raġel marbut u mitluf minn sensih wara serqa f’Tas-Sliema. Huwa allegatament ġie aggredit minn żewġ persuni li kienu fil-pusses ta’ arma tan-nar u allegatament serqu ammont konsiderevoli ta’ flus kontanti u wara ħarbu minn fuq il-post.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat il-każ ma’ Newsbook.com.mt u spjegat li seħħ fi Triq it-Torri. Ir-raġel li huwa Pakistan ta’ 40 sena, instab f’din il-kundizzjoni kawża ta’ serqa li seħħet minn stabbiliment fejn kien jinsab ir-raġel.

Il-Pulizija fi stqarrija kkonfermaw li r-raġel kien impjegat fil-kjosk, b’rapporti qalu li kien jaħdem bħala watchman fil-kiosk li ġie misruq.

Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie ċċertifikat li ġarreb ġrieħi ħfief.