Jinstab raġel mejjet il-Mellieħa

Read in English.

Tard ilbieraħ filgħaxija nstab raġel mejjet il-Mellieħa. Ir-raġel għandu 27 sena, u huwa mill-Ġeorġja.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-każ seħħ fl-10.10pm fi Triq il-Wied tar-Ruman.

Fuq il-post issejħu l-pulizija flimkien ma’ tim mediku li ċċertifika lir-raġel mejjet fuq il-post. Mill-investigazzjonijiet tal-Pulizija jidher li r-raġel miet wara li waqa’ minn fuq ċint li jinsab fl-istess triq.

Dwar il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Rachel Montebello.