Jinstab raġel mejjet f’sit ta’ kostruzzjoni

Raġel instab mejjet dalgħodu f’sit ta’ kostruzzjoni f’San Ġiljan.

Kien għall-ħabta tas-6.50am li l-Pulizija rċivew l-aħbar li hemm raġel mejjet fi Triq Dragunara. Il-Pulizija li marru fuq il-post sabu li r-raġel x’aktarx huwa barrani, iżda l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa. Huwa waqa’ għoli ta’ żewġ sulari.

Issejjaħ tim mediku biex jassisti lir-raġel, iżda hu ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Il-Maġistrat Joe Mifsud għandu jmexxi inkjesta maġisterjali dwar il-każ.