Aġġornata (2): Jinstab raġel mejjet f’San Pawl il-Baħar

CMRU

Instab raġel mejjet f’San Pawl il-Baħar. Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliema għall-Pulizija li spjegat li l-katavru nstab f’garaxx fis-1.30pm fi Triq il-Baħħara.

Skont rapporti fil-midja, il-katavru huwa aktarx ta’ Allan Hartmann-Jensen li kien irrappurtat nieqes fil-5 ta’ Ġunju.

Aktar tard, il-Pulizija kkonfermaw li r-raġel li nstab mejjet kien Hartmann-Jensen li ftit tal-jiem ilu kien ġie rrappurtat nieqes. Hu kellu 53 sena.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin sabiex tiġi stabbilita d-dinamika tal-
każ filwaqt li mistennija ssir awtopjsa fuq il-katavru tar-raġel.

Raġel ta’ 53 sena rrappurtat nieqes