Jinstab raġel mejjet fil-Pietà; aktarx waqa’ mill-għoli

CMRU

Read in English.

Raġel ta’ 75 sena residenti l-Pietà nstab mejjet wara li aktarx waqa’ mill-għoli.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li pulizija mill-Għassa tal-Belt Valletta kienu qed jagħmlu tfittxija għal raġel ta’ 75 sena li kien għadu kemm ġie rrappurtati nieqes mill-familjari tiegħu. Għas-7.15 pm il-Pulizja sabet lir-raġel mal-art fl-inħawi ta’ ġnien li jinsab fi Triq l-Indipendenza fil-Pietà.

Skont il-Pulizija, minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li r-raġel, li ġie ċċertifkat mejjet fuq il-post, aktarx waqa’ minn għoli ta’ madwar tliet sulari u spiċċa taħt is-sur fl-imsemmi post.

Fuq il-post issejħu wkoll membri tal-Protezzjoni Ċivili biex jassistu.

Infetħet inkjesta maġisterjali dwar il-każ.