Jinstab raġel mejjet fil-Mosta

Read in English.

Dalgħodu nstab raġel mejjet fil-Mosta.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma dan ma’ Newsbook.com.mt fejn qal li r-raġel instab mejjet f’karozza ħdejn il-berġa tal-Mosta. Qal li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin u għaldaqstant mhux magħruf x’kienet il-kawża tal-mewt tiegħu.

Jidher li hemm ċans li r-raġel huwa barrani.

Dwar il-każ infetħet inkejsta mmexxija mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras.