Jinstab raġel mejjet fil-Marsa

Dalgħodu nstab raġel mejjet fil-Marsa.

Kelliem għall-Pulizija informa lil Newsbook.com.mt li huma ġew infurmati fis-6.45am, li kien hemm ġisem mejjet fi Triq it-Tiġrija. Huwa ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Il-vittma kien raġel ta’ 40 sena, u l-kawża tal-mewt tiegħu jidher li kienet overdose.

Infetħet inkjesta maġisterjali fuq il-każ, ippreseduta mill-Maġistrat Audrey Demicoli.