Aġġornata: Tinstab persuna mejta f’Għawdex

CMRU

Għalkemm għall-bidu l-Pulizija qalu li l-vittma kien raġel, aktar tard, fi stqarrija qalu li kienet tfajla ta’ 23 sena li nstabet mejta għall-ħabta tas-1:15pm. It-tfajla, Niġerjana nstabet mejta f’appartament.

Il-Pulizija tad-distrett marret fuq il-post u issejħet ambulanza biex tagħti l-ewwel għajnuna, iżda t-tfajla ġiet iċċertifikata mejta. Il-katavru nstab ġewwa Triq il-Kapuċċini fir-Rabat Għawdex. Skont il-kelliema tal-Pulizija, għadu mhux magħruf x’wassal għall-mewt tal-persuna.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjoni tagħha.