Jinstab raġel mejjet f’għalqa fil-Munxar

Hearse-pulizija-mewt
Miguela Xuereb

Il-Pulizija rrappurtat li nstab raġel mejjet fil-Munxar ilbieraħ filgħaxija.

Fi stqarrija kien spjegat li r-raġel ta’ 63 sena residenti l-Munxar instab mejjet f’għalqa fi Triq Ras il-Bajjad għall-ħabta tad-9pm.

Ir-raġel instab mill-pulizija taħt tractor maqlub waqt li kienu għaddejjin bit-tfittxija għalih minħabba li xi sagħtejn qabel kien irrappurtat nieqes.

Membri tal-Protezzjoni Ċivili ġew imsejħa biex jassistu u huwa ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post minn tabib taċ-Ċentru tas-Saħħa.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Bridgette Sultana ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.