Jinstab raġel mejjet f’ċella f’Kordin

Read in English.

Kmieni dalgħodu nstab raġel mejjet f’ċella fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Fi stqarrija mill-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi, ġie spjegat li r-raġel li kellu 72 sena, nstab mejjet dalgħodu għall-ħabta tas-6.30am.

Bil-każ ġew infurmati l-pulizija tad-distrett biex tinfetaħ investigazzjoni. Inħatret ukoll inkjesta Maġisterjali u oħra interna.

F’Novembru, raġel ta’ 49 sena minn Birkirkara ttieħed l-Isptar Mater Dei u ftit tal-ħin wara kien ħareġ li r-raġel miet.

F’Ottubru, residenti ieħor tal-faċilità instab mitluf minn sensieh fiċ-ċella tiegħu. Hu miet aktar tard l-isptar.

Intant, f’Diċembru tal-2018, żewġ irġiel mietu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, taġel ta’ 26 sena nstab mitluf minn sensieh u miet ftit tal-ħin wara. Ftit jiem wara seħħ każ ieħor fejn raġel ieħor instab mitluf minn sensieh f’ċella u aktar tard miet.