Aġġornata: Jinstab raġel mejjet f’Marsaxlokk

Raġel ta’ 36 sena minn Birżebbuġa nstab mejjet fil-karozza tiegħu, fil-baħar f’Marsaxlokk, fl-inħawi magħrufa bħal tal-Magħluq.
Huwa nstab għall-ħabta tas-2pm u l-karozza kellha tittella' mill-baħar permezz ta' crane. 
Rapporti lokali qed jirrapportaw li r-raġel kien ilu ma jidher mill-festa ta’ San Girgor.