Aġġornata: Jinstab raġel mejjet f’Marsalforn

Il-Pulizija f’Għawdex qed tinvestiga sejba ta’ raġel mejjet f’appartament f'Marsalforn.
Sorsi qrib il-Pulizija qalu ma’ Newsbook.com.mt qalu li r-raġel instab tard is-Sibt waranofsinhar fi Triq is-Salini.
Ir-raġel kellu 69 sena. Il-Pulizija qalet li jidher li r-raġel miet mewta naturali.
Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali.