Jinstab raġel mejjet f’Ħal Qormi

Raġel instab mejjet f’Ħal Qormi.
Ir-raġel instab mejjet f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq il-Mastrudaxxa fl-12.40pm.
Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li fuq il-post marru l-pulizija u membri tal-Protezzjoni Ċivili biex jittella' r-raġel.
Rapporti qed jgħidu li l-mewta tar-raġel tista' titqies bħala waħda suspettuża madankollu din ma ġietx ikkonfermata mill-Pulizija.
L-identità tiegħu għadha mhux magħrufa.