Jinstab raġel bid-demm ma’ wiċċu; Il-Pulizija tinvestiga

Il-Pulizija qed tinvestiga każ ta’ raġel li nstab bid-demm ma’ wiċċu fil-Ħamrun.

Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.20 pm fi Triq Mile End. Skont il-Pulizija r-raġel li nstab waħdu rrifjuta l-assistenza medika. Il-Pulizija se tkun qed tinvestiga l-każ biex tiskopri x’wassal għal din is-sitwazzjoni.