Jinstab qawwi u sħiħ ir-raġel imfittex mill-Pulizija

Instab qawwi u sħiħ Daniele Di Bona, ir-raġel ta’ 29 sena li ilu mfittex mill-Pulizija għal dawn l-aħħar sebat ijiem. Huwa nstab f’San Ġiljan.

Il-Pulizija rringrazzjat lill-pubbliku tal-għajnuna tiegħu biex ir-raġel instab. Huwa ġie rrappurtat nieqes fil-25 ta’ Lulju li għadda.

Aqra: Għin lill-Pulizija ssib lil dan ir-raġel