Jinstab qattus “imħanxar” fil-Fgura

Read in English.

Kmieni dalgħodu fil-Fgura nstab qattus mejjet wara li kellu daqqa f’għonqu bħal tħanxira.

Mara tellgħet post fuq Facebook bir-ritratti li juru l-qattus mixħut mal-art f’għadira demm. Hi qalet li l-każ seħħ fil-Fgura. Intant, kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-qattus instab għall-ħabta tad-9am fi Triq Ħaż-Żabbar.

Il-kelliema għall-Pulizija qalet iżda li ma jidhirx li kien att ta’ krudeltà, iżda li jidher li l-qattus intlaqat minn karozza.

Intant, fuq Facebook mara sostniet li l-qattus inqatel minn xi ħadd, u minn għamel dan l-att messu jistħi u li dan kien “att primeditat”.