Read in English.
Twissija: Ritratti grafiċi
F’Ħaż-Żebbuġ instab qattus b’saqajh maqtugħin. Il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ qal li hu infurmat li l-qattus intlaqat b’magna tal-ħsad ġo għalqa. Il-qattus issa jinsab fl-isptar tal-annimali għall-kura.
Tfajla kitbet fuq Facebook li nħasdet meta fiż-żona Tal-Ħlas f’Ħaż-Żebbuġ, iltaqgħet ma’ qattus abjad u iswed li kellu jdejh u saqajh maqtugħin.

Kitbet li ppruvat iċċempel lill-Animal Welfare, iżda ma bdewx jaqbduha. Il-qattus beda jokrob bl-uġigħ. Aktar tard il-qattus ittieħed l-emerġenza, u għandu jingħata għall-addozzjoni.