Read in English.
Ir-raġel Taljan ta’ 44 sena li nstab mejjet fl-inħawi taż-Żonqor f’Wied il-Għajn, fl-10.35am huwa Stefano Mascellani.
Il-Pulizija li ssejħet fuq il-post sabitu mitluq mal-art, u malli wasal it-tim mediku ċċertifikah mejjet. Infetħet inkjesta Maġisterjali.
Mistennija ssir awtopsja fuq il-katavru tal-vittma.
Macellani huwa kok popolari mal-Maltin u mat-Taljani f’Malta u kien jaħdem f’lokal fil-Birgu.