Jinstab mitluf minn sensih f’ċella; imut l-isptar

Raġel residenti fil-faċilità korrettiva ta’ Kordin instab mitluf minn sensih fiċ-ċella tiegħu u ftit wara miet l-isptar. Ftit minuti qabel huwa talab il-pilloli tal-uġigħ.

Ir-raġel, li għandu 32 sena, instab mill-uffiċjali korrettivi ftit qabel is-7am u ngħata l-ewwel għajnuna sakemm ittieħed lejn l-isptar b’ambulanza. Ir-raġel ġie ċertifikat mejjet ftit wara. Dwar dan il-każ se tinfetaħ investigazzjoni mill-pulizija u inkjesta maġisterjali, kif ukoll diġà nfetħet investigazzjoni interna.

Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali mill-Maġistrat Gabriella Vella.

Dan seħħ wara li ftit ġimgħat ilu, resident ieħor fil-ħabs raġel instab mitluf minn-sensih u wara ġie ċertifikat mejjet ukoll.

Imut resident fil-ħabs ta’ Kordin