Aġġornata: Jinstab żagħżugħ mejjet ħdejn Manoel Island

CMRU

Read in English.

Żagħżugħ instab mejjet ħdejn Manoel Island.

Kelliema għall-Pulizija qalet lil Newsbook.com.mt li ż-żagħżugħ Indjan li għandu 26 sena nstab mejjet ħdejn Manoel Island. L-inċident seħħ għas-1.40pm.

Skont il-Pulizija, iż-żagħżugħ mar jgħum però wara xi ħin sieħbu ma baqax jarah. Membri tal-Forzi Armati ta’ Malta u tal-Protezzjoni Ċivili kienu fuq il-post.

Aktar tard fi stqarrija l-Pulizija qalet li l-ewwel rapport li wasal għandha kien li ż-żagħżugħ kien mitluf minn sensieh fil-baħar. Skont il-Pulizija ż-żagħżugħ kien bugħaddas.

F’inċident separat, il-ġisem bla ħajja tar-raġel li għeb fil-baħar f’Miġra l-Ferħa fl-Imtaħleb, instab dalgħodu wara tfittxija mill-ħelikopter tal-Forzi Armati.

Aġġornata (2): Jinstab il-katavru tar-raġel li għeb wara li qabeż il-baħar fl-Imtaħleb