Jinstab mejjet wieħed mill-aktar avukati mfittxija fi Franza

Instab mejjet wieħed mill-aktar avukati mfittxija fi Franza. Il-katavru ta’ Olivier Metzner instab fil-gżira privata tiegħu f’Brittany. Jidher ukoll li nstabet nota dwar mewtu f’daru u għaldaqstant il-Pulizija qed tittratta dan il-każ bħala suwiċidju.

Hu mifhum li fost l-oħrajn, dan l-avukat saħansitra ddefenda lill-eks Prim Ministru Dominique de Villepin u n-negozjant Jean-Marie Messier li saħansitra kien inħeles mill-akkużi li tlettax -il sena wassal biex ajruplan Concorde jikkraxxja f’Pariġi.

Filwaqt li hu rari li Olivier Metzner kien jidher fuq barra tal-qorti mingħajr sigarru, dan l-avukat Franċiż jibqa’ magħruf għal kif kien jirnexxilu jisma’ u jsolvi każi kumplessi.