Jinstab mejjet iż-żagħżugħ li għeb fil-baħar

Instab mejjet iż-żagħżugħ ta’ 20 sena li ġie rrappurtat nieqes ilbieraħ filgħaxija wara li mar jogħdos fl-inħawi ta’ Baħar iċ-Ċagħaq u ma telax lura.

Kelliema għall-Forzi Armati ta’ Malta kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li Neil Zammit minn Raħal Ġdid instab mejjet għall-ħabta tal-4pm fl-istess akkwati fejn kienet qed issir it-tfittxija.

Aktar kmieni llum twaqqfet it-tfittxija mill-Forzi Armati wara li ntlemħet ħuta kbira fl-inħawi. It-tfittxija kompliet fis-1.30pm, fejn inqas minn 3 sigħat wara, instab il-katavru taż-żagħżugħ.