Jinstab mejjet it-tmien alleat tal-eks-President Ukren

Membru ieħor tal-Oppożizzjoni Ukrena, Oleg Kalashnikov, instab mejjet f’Kiev wara li ġew sparati tiri fid-direzzjoni tiegħu.
Dan kien l-aħħar minn sensiela ta’ politiċi li nstabu mejta fl-Ukraina f’ċirkostanzi misterjużi.
Kalashnikov huwa tal-inqas it-tmien vittma alleat tal-eks-President Ukren li nstab mejjet fl-aħħar tliet xhur.
Kien magħruf sew għall-appoġġ li dejjem wera lejn dak li kien il-President Viktor Yanukovych.
Għadu mhux ċar jekk Kalashnikov inqatilx jew wettaq suwiċidju.
Il-Pulizija qalet li nediet investigazzjoni.