Jinstab mejjet ġo kontejner

Raġel ta’ 51 sena instab mejjet f’kontejner ġewwa fabbrika f’Ħal Far. Il-Pulizija qalet li r-raġel kellu xi ġrieħi f’rasu li x’aktarx kienu kkawżati minn waqgħa. Il-Libjan kien ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Il-Pulizija sabet il-katavru għall-ħabta tas-6:15am wara li kienu nfurmati li kien hemm bżonn tal-għajnuna fiż-żona industrijali ta’ Ħal Far.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.