Jinstab mejjet fir-residenza tiegħu fil-Ħamrun

Raġel ta’ 47 sena instab mejjet fir-residenza tiegħu fil-Ħamrun ilbieraħ filgħaxija.

Il-kawża tal-mewt tiegħu għadha mhijiex magħrufa.

Madankollu Newsbook.com.mt jinsab nfurmat li hemm ċans li l-awtopsja ssir iktar tard matul il-ġurnata tal-lum.

Ma jidhirx li kien hemm sinjali ta’ vjolenza fuq il-katavru għalkemm il-Pulizija f’dan l-istadju m’hi qed teskludi xejn.