Jinstab mejjet Boris Berezovsky

Il-Pulizija Ingliża għaddejja b’investigazzjoni fid-dar tar-Russu Boris Berezovsky, li kien eżiljat mir-Russja. Esperti f’ambjenti kkontaminati minn materjali kimiċi, bijoloġiċi u nuklejari qed jgħinu fl-investigazzjonijiet.

Ir-raġel ta’ 67 sena nstab mejjet fid-dar tiegħu f’Berkershire is-Sibt wara nofsinhar. Il-ġisem ta’ Berezovsky inżamm fuq il-post hekk kif il-Pulizija għadha qed tinvestiga il-mewta inspjegabbli.

Il-Pulizija qalet ukoll li r-residenti ma jinsabux f’xi forma ta’ periklu.